Barranin
Il-Papa Franġisku jagħlaq 5 snin imexxi l-Knisja Kattolika

5 snin ilu l-Knisja Kattolika għażlet il-Papa ġdid biex imexxiha. Dan wara li l-Papa Benedittu XVI ċeda t-tmun tal-Knisja fi Frar 2013.

Għall-ewwel darba l-Papa magħżul kien Ġiżwita u kien mill-Arġentina.

Kien nhar it-13 ta’ Marzu, 2013 meta mill-Vatikan tħabbar il-266 Papa tal-Knisja Kattolika.

Jorge Mario Bergoglio, iben immigranti Taljani li marru jgħixu l-Arġentina kien il-magħżul mill-Kardinali. Huwa ħa l-isem ta’ Franġisku għall-qaddis San Franġisk t’Assisi.

Mal-ewwel ħinijiet tiegħu, bil-ġesti tiegħu huwa seraq il-qlub ta’ ħafna nies. Fil-fatt ħafna jsibuh bħala l-Papa tas-sempliċità.

Fost il-punti prinċipali fil-ħidma tiegħu wieħed isib l-enfażi fuq il-ħniena t’Alla u s-sejħa biex l-insara juru ħniena ma’ xulxin u l-Knisja tal-Fqar li tkun viċin il-foqra u l-emarġinati.

Mingħajr tibdil fit-tagħlim tradizzjonali tal-Knisja, il-Papa ħadem biex juri l-Knisja bħala waħda li taf tagħder u tħobb.

F’għeluq il-5 snin mit-tmexxxija tiegħu, il-Papa Franġisku kiteb tweet sabiex inħallu lil Alla jidħol f’ħajjitna.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tia Coleman, mara Amerikana rrakkontat kif ħajjitha nbidlet mil-lejl għan-nhar wara t-traġedja ta’ Missouri li seħħet il-Ħamis li għadda. Dgħajsa li kienet qed iġġorr lit-turisti madwar ix-xmara ta’ Missouri għerqet…

Barranin

Raġel fl-Etjopja kien arrestat wara li pprova jqajjem raġel mill-mewt u ma rnexxilux. Getayawkal Ayele, li jridha ta’ profeta, mar għand il-qraba ta’ raġel mejjet u kkonvinċihom li seta’ jqajmu…

Barranin

Il-pulizija f’Los Angeles, fl-Istati Uniti, arrestat raġel li żamm numru ta’ ostaġġi u għalaq lilu nnifsu f’ħanut. L-arrest temm tliet sigħat ta’ terrur għall-ostaġġi li matulhom l-agressur spara u qatel…

Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Aktar