Barranin
ARA: Il-Papa Franġisku jerġa’ jagħmilha … din id-darba fuq l-ajruplan

Il-Papa Franġisku ma jiqafx jissoprendi lid-dinja tant li sar l-ewwel Papa li ċċelebra żwieġ waqt titjiera fuq ajruplan. Il-Papa fi triqtu minn Santiago għall-belt ta’ Iquique fiċ-Ċili ltaqa’ ma’ koppja li taħdem fuq l-ajruplan u li kienet ilha miżżewġa biċ-ċivil 10 snin. Il-Papa Franġisku saqsihom jixtiqux jiżżewġu bil-Knisja fejn spjegalhom liż-żwieġ huwa s-sagrament li għandha bżonn id-dinja tal-lum. Il-Papa spjega li jittama li dan iż-żwieġ jispira lil ħafna koppji li qed jgħixu flimkien jiżżewġu bil-Knisja u li ċ-ċrieket ifissru rabta b’saħħitha biżżejjed li jżommilhom flimkien iżda libera li ma toħnoqx.

Il-koppja ma żżewġitx bil-Knisja minkejja li kellhom kollox preparat minħabba li ftit qabel ġranet iċ-ċelebrazzjoni seħħ terrimot li ġġarraf il-Knisja kompletament. Il-Papa malli sema’ lill-koppja tirrakonta l-esperjenza tagħha mill-ewwel offrielhom li jżewwiġhom dak il-ħin stess fuq l-ajruplan tant li kif wieġbu iva, ġiegħel żewġ kardinali jiktbu dokument li jiċċertifika ż-żwieġ tagħhom, bil-firma tal-Papa bħala ċ-ċelebrant u ta’ kardinal bħala wieħed mix-xhieda flimkien mal-kap eżekuttiv tal-kumpanija tal-ajru.

Paula Podest li għandha 39 sena u Carlos Ciufardi ta’ 41 sena tkellmet mal-ġurnalisti wara ż-żwieġ fejn spjegat li anke saqsiet lill-Papa jekk iż-żwieġ tagħhom hux validu minħabba li sar fuq ajruplan bil-Papa jwieġeb li ovvjament li dan huwa validu. Id-dokument taż-żwieġ inkiteb bl-idejn bil-koppja kompliet tiċċelebra mal-familja tagħhom din l-għaqda dejjiema mal-familji tagħhom f’Santiago.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Aktar