Il-Papa Franġisku jibda pellegrinaġġ fl-Asja

Il-Papa Franġisku beda pellegrinaġġ fil-Korea t’Isfel li matul għandu jmexxi ċ-ċeremonja tal-beatifikazzjoni ta’ Kottoliċi Insara li spiċċaw martri minħabba l-fidi tagħhom.

F’dan l-ewwel vjaġġ tiegħu fl-Asja, il-Papa Franġisku għandu jattendi festival taż-żgħażagħ Kottoliċi, f’pajjiż fejn ir-reliġjon Kattolika qiegħda tikber.

Fil-Koreja t’isfel hemm kważi ħames miljun u erba’ mitt elef Kattoliku li jirrapreżentaw ftit aktar minn għaxra fil-mija tal-popolazzjoni tal-pajjiż.

Kif juri l-filmat, il-President tal-Korea t’Isfel Park Geun-hye ħejjiet ċerimonja ta’ merħba għall-Papa Franġisku.