Knisja Maltija
Il-Papa Franġisku jkellem lill-Isqof George Bugeja

Il-Papa Franġisku ċempel lill-Vigarju Appostoliku ta’ Tripli l-Isqof George Bugeja biex jesprimi t-tħassib tiegħu fuq il-Libja.

Il-Provinċja Franġiskana f’Malta, li l-Isqof Bugeja huwa parti minnha, spjegat li fit-telefonata li saret il-ġimgħa l-oħra, il-Papa Franġisku wera t-tħassib tiegħu u esprima l-ħsieb tiegħu għall-missjoni tiegħu fil-Libja. Żied li fl-aħħar snin il-Libja kienet għaddejja minn taqlib politiku kontinwu fil-pajjiż.

L-Isqof Bugeja spjega li l-komunità Kristjana fil-Libja hija żgħira u qed tgħix il-fidi tagħha f’kundizzjonijiet diffiċli.

Il-Provinċja Franġiskana qalet li din it-telefonata kienet sinjal ta’ mħabba u dedikazzjoni mill-Papa fid-dawl tal-missjoni fil-Libja.