Barranin
Il-Papa Franġisku jsostni li l-omelija m’għandhiex tkun itwal minn 10 minuti

Il-Papa Franġisku qal li l-omelija m’għandhiex tieħu aktar minn għaxar minuti għax qal li wara tmien minuti n-nies ma jibqgħux moħħhom hemm.

F’diskors fil-Katidral ta’ San Martin fi Bratislava, l-Islovakkja, il-Papa Franġisku tkellem dwar l-ipridkar, li huwa suġġett għal qalbu immens. Huwa talab lill-isqfijiet u ‘l-membri tal-kleru biex l-omelija tagħhom tappella għall-pubbliku kif xieraq.

Il-Papa qal li jifhem li dak li jkun jintilef meta jmur il-quddies u l-omelija tkun twila 40 jew 50 minuta, mogħnija b’argumenti li dawk preżenti ma jifhmux.