
Il-Papa Franġisku jtemm iż-żjara tiegħu fl-Asja
Fis-sigħat li għaddew il-Papa Franġisku telaq mill-Filippini wara żjara ta’ sitt ijiem fl-Asja.
Huwa ġibed lejh miljuni ta’ nies tul iż-żjara tiegħu, b’mod partikolari fil-Filippini.
Għexieren t’eluf ta’ nies inġabru fit-toroq biex isellmu lill-Papa meta kien fi triqtu lejn il-Bażi tal-Ajru ta’ Villamor.
Kien hemm rekord ta’ sitt miljun ruħ li attendew għall-quddiesa li saret fil-beraħ f’Manila u li ma beżgħux mill-maltemp li ħakem lill-inħawi fl-aħħar sigħat.
Tul iż-żjara tiegħu fl-Asja, huwa żar ukoll is-Sri Lanka, biex jimmarka ż-żieda fil-Kattoliċi f’dan ir-reġjun.