COVID-19
Il-Papa Franġisku kontra li l-kumpaniji jkollhom dritt intelletwali fuq il-vaċċini tal-Covid-19

Il-Papa Franġisku stieden lill-kumpaniji li pproduċew il-vaċċini għal kontra l-Covid-19 biex ineħħu d-dritt intelletwali fuqhom.

Huwa rrimarka dan waqt diskors irrekordjat li xxandar waqt ġbir ta’ fondi biex issir kampanja favur aċċess ġust għall-vaċċini.

Il-Papa sostna li d-dinja hija nfettata  b’dak li sejjaħ “virus tal-individwaliżmu” u żied li varjant tal-virus huwa n-nazzjonaliżmu li jżomm milli l-vaċċini jkunu internazzjonali.

Il-kumment tiegħu ġie fi żmien ta’ dibattitu internazzjonali dwar jekk il-kumpaniji tal-farmaċewtika għandhomx jirtiraw id-dritt intelletwali fuq il-vaċċini tal-Covid-19 li jipproduċu.

Il-pożizzjoni tal-Papa Franġiksu hija simili għal dik tal-President Amerikan Joe Biden madankollu diversi pajjiżi Ewropej, fosthom il-Ġermanja u Franza, li ma jaqblux.