Barranin
Il-Papa Franġisku kontra li rġiel miżżewġa jsiru saċerdoti

Papa Franġisku m’aċċettax li irġiel miżżewġa jitħallew ikunu ordnati saċerdoti fir-reġjun tal-Amażjona. Din il-proposta saret biex tindirizza n-nuqqas ta’ saċerdoti fiż-żona.

Id-deċiżjoni tal-Papa ħarġet f’dokument li segwa is-sinodu tal-isqfijiet dwar ir-reġjun fl-Amerka t’isfel. Il-Papa appella lill-isqfijiet biex iħeġġu lill-kattoliċi jitolbu għall-vokazzjonijiet u biex aktar nies imorru għall-missjoni f’dan ir-reġjun.

Il-proposta li tressqet waqt is-sinodu li tratta is-sitwazzjoni fl-Amażonja f’Ottubru li għadda u li ġiet preżentata minn uħud bħala soluzzjoni għan-nuqqas ta’ vokazzjonijiet – kellha l-appoġġ minn ħafna Isqfijiet fl-Amerika t’Isfel li jsostnu li jekk dan ikun permess Kattoliċi f’żoni mbiegħda jingħataw iċ-ċans jattendu għall-quddiesa u jiriċievu s-sagramenti b’mod regolari. Madanakollu, id-deċiżjoni finali kienet f’idejn il-Papa li ried japprovaha biex tiġi implimentata.

Hu stmat li 85% tal-irħula fl-Amażonja ma jkollhomx quddiesa mqar darba f’ġimgħa u uħud jaraw qassis darba f’sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar