Barranin
Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu jitlaqqmu għall-Covid-19

Il-kampanja tat-tilqim kontra l-Covid-19 fil-Vatikan bdiet ilbieraħ, u llum tlaqqmu l-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu Sittax.

Matteo Bruni, id-direttur tas-Sala Stampa fil-Vatikan, ikkonferma li huma ħadu l-ewwel doża tat-tilqima. Il-Papa Franġisku kien ħabbar huwa stess li se jieħu t-tilqima f’intervista televiżiva nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Papa Franġisku sejjaħ it-tilqima kontra l-Covid-19 bħala pass etiku għaliex jekk persuna ma teħodiex tkun qed tilgħab ma’ ħajjitha u ħajjet ħaddieħor.

Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu Sittax huma meqjusa bħala vulnerabbli minhabba l-età tagħhom. Il-Papa Frangisku għandu 84 sena filwaqt li l-Papa Emeritu għandu 93 sena.