Barranin
Il-Papa jaħsel u jbus saqajn 12-il ħabsi

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi.

Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan, u din is-sena għażel lill-ħabs ta’ Velletri fejn qed jiskontaw sentenzi 577 priġunier, sittin fil-mija minnhom m’humiex ċittadini Taljani.

Il-Papa Franġisku ddevja mit-tradizzjoni tal-papiet preċendenti li kienu jiċċelebraw l-Quddies fil-Bażilika ta’ Ruma fejn kienu jaħslu u jbusu saqajn tnax-il qassis. Huwa appella lill-priġunieri biex jgħinu lil xulxin minkejja l-ambjent aggressiv li jinsabu fih, u qal li fi spirtu Kristajn, l-iżjed wieħed b’saħħtu għandu jservi lil dak li huwa l-iżjed vulnerabbli.

Illum fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Papa jmexxi l-Via Crucis, li hija l-puċissjoni tat-Triq tas-Salib madwar il-kollissew ta’ Ruma. Ir-Ragħaj tal-Knisja Kattolika imexxi 1.3 biljun kattoliku. Dan huwa s-seba’ Għid għall-Papa Franġisku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Barranin

Splużjoni ta’ bomba waqt tieġ f’Kabul fl-Afghanistan qatlet 63 persuna u darbet aktar minn 180 ruħ oħra. Xhieda qalu li ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu waqt it-tieġ. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta…

Aktar