Reliġjon
Il-Papa jappella lill-politiċi biex iwaqqfu t-tellieqa għall-armi

Fl-akbar festa tal-Knisja Kattolika, il-Papa Franġisku appella lill-politiċi biex iwaqqfu t-tellieqa għall-armi u biex jilqgħu refuġjati li qed jaħarbu minn ambjenti ta’ ġuħ u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Fil-messaġġ Urbi et Orbi, il-Papa rreferra għall-kunflitti madwar id-dinja, talab biex jinstabu s-soluzzjonijiet ħalli tirrenja l-paċi u l-istabilita u appella biex il-bnedmin jibnu pontijiet u mhux ħitan.

Fil-messaġġ tal-Għid, fi ħsieb il-Papa Franġisku t-tbatija li għaddejjin minnha miljuni ta’ nies madwar id-dinja kawża ta’ gwerer u kunflitti. Appella lid-dinja ma ddawwarx wiċċha quddiem dawn il-kriżijiet.

Il-Papa rrefera għall-kunflitt fis-Sirja li ilu għaddej kważi 10 snin. Talab għal soluzzjoni politika ħalli jirrenjaw il-paċi u l-ġustizzja. Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li l-Qawmien ta’ Kristu jġiegħel lid-dinja tħares lejn il-Lvant Nofsani, li hu mifni b’tensjonijiet kbar li ħolqu fazzjonijiet differenti. Fl-istess ħin ħeġġeg lill-Insara biex jipperseveraw u jkunu ta’ dawl għall-oħrajn. Fuq l-istess nota, il-Papa tkellem dwar il-kunflitt fil-Libja u ħeġġeġ lill-fazzjonijiet jersqu lejn il-mejda tad-djalogu u jwarrbu l-aggressjoni halli joholqu klima ta’ stabilità. Fi ħsieb il-Papa wkoll, ħafna tfal fil-Yemen li qed ibatu l-guħ minħabba l-gwerra.

Il-Papa Franġisku qal li l-kontinent Afrikan jinsab mifni bl-estremizmu specjalment fil-Burkina Faso, il-Mali, in-Niger, in-Nigerja u anke l-Kamerun. Għas-Sudan, talab li jinstemgħu l-ilħna kollha, ħalli tinstab soluzzjoni u tinħoloq sistema li tippromovi l-libertà u l-iżvilupp.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar