Lokali
Il-Papa jikteb ittra lil Patri Dijonisju Mintoff f’għeluq sninu

Il-Papa Franġisku kiteb personalment lil Patri Dijonisju Mintoff fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Huwa għalaq 90 sena.

Fl-Ittra, mibgħuta fit-3 t’April,  il-Papa rringrazzja lil Patri Dijonisju għall-vokazzjoni tiegħu u għall-ħajja ta’ qadi lill-Knisja. Huwa talab lil Patri Dijonisju jitlob għalih u xtaqlu Għid qaddis.

Patri Dijonisju Mintoff għadu mimli entużjażmu biex jibqa’ jagħti ħajtu għal dawk li huma emerġinati. B’pass kajman iżda determinat, fil-laboratorju tal-paċi, Patri Dijonisju qed iżomm ‘il fuq minn ħamsin immigrant, fejn jagħtihom kenn, u jara li meta joħorġu minn hemm ikunu fuq saqajhom biex isostnu lill-familji tagħhom.

Il-legat ta’ Patri Dijonisju huma għexieren ta’ snin fil-laboratorju tal-paċi li huwa mużew ħaj tal-ħniena, mdawwar ukoll bl-annimali, bħal mogħoż u anki ngħaġ, għax bħal San Franġisk jemmen li l-annimali jgħallmuh fuq l-imħabba u s-sbuħija t’Alla.

Ara wkoll:

“L-imħabba lejn il-fqir iżżommni ħaj”