Kurżitajiet
Il-Papa jiltaqa’ ma’ ġuvni liebes ta’ Spiderman

Il-Papa Franġisku kellu laqgħa mhux tas-soltu fil-Vatikan ma’ żagħżugħ ta’ 27 sena liebes ta’ Spiderman.

Mattia Villardita jilbes il-kostum ta’ dan is-super-eroj u jżur l-isptarijiet tat-tfal biex iqawwi qalb lit-tfal morda.

Waqt li tkellem miegħu għal ftit tal-ħin iż-żagħżugħ ippreżenta lill-Papa b’maskra tal-istess Spiderman.

F’Diċembru li għadda Villardita rċieva premju mill-President Taljan Sergio Mattarella bħala rikonoxximent għall-ħidma li jwettaq fl-isptarijiet tat-tfal.