Vatikan
Il-Papa jlaqqa’ lill-kapijiet tal-Knejjes u komunitajiet Kristjani preżenti fil-Lvant Nofsani

L-għajta għall-paċi fil-Lvant Nofsani llum twasslet b’vuċi waħda f’mument li għaqqad flimkien lill-Papa Franġisku mal-Patrijarki tal-Knejjes Ortodossi. Il-laqgħa deskritta bħala storika saret f’Bari, il-belt kunsidrata bħala bieb għall-orjent.

Il-Papa Franġisku laqqa’ fil-belt ta’ Bari, fin-nofsinhar tal-Italja, lill-kapijiet tal-Knejjes u komunitajiet Kristjani preżenti fil-Lvant Nofsani. Il-laqgħa saret f’Bari, billi fil-belt jinżammu r-relikwi ta’ San Nikola, meqjum minn komunitajiet kristjani kemm tal-lvant u anke tal-punent.

Il-Papa qal li l-gwerra, il-vjolenza, ċirkustanzi ta’ okkupazzjoni u forom ta’ fundamentaliżmu wasslu biex ir-reġjun tal-Lvant Nofsani sar art ta’ nies li lesti jħallu l-arthom warajhom, bil-periklu li l-preżenza tal-kristjani tisparixxi. Wera l-fehma li Lvant Nofsani mingħajr Kristjani ma jkunx il-Lvant Nofsani.

“War, violence and destruction, instances of occupation and varieties of fundamentalism, forced migrations and neglect. All this has taken place with the silence and complicity of many. The Middle East has become a land of people who leave their own lands behind. There is also the danger that the presence of our brothers and sisters in the faith will disappear, disfiguring the very face of the region. For a Middle East without Christians would not be the Middle East” stqarr il-Papa Franġisku.

Il-Papa qal li l-indifferenza toqtol u esprima x-xewqa tal-mexxejja ta’ diversi komunitajiet Kristjani biex juru l-oppożizzjoni tagħhom għaliha. Qal li jridu jagħtu vuċi lil dawk li m’għandhomx, lil dawk li jistgħu biss jixxuttaw id-dmugħ tagħhom. Wera l-fehma li dan ir-reġjun illum qed jibki u jsofri fis-silenzju waqt li hemm min qed ifittex il-poter u li jistagħna minn fuq dawn l-artijiet.

F’ġest li juri ugwaljanza, il-Papa u l-mexxejja l-oħra ttieħdu flimkien biex jitolbu għall-paċi permezz ta’ xarabank bis-saqaf miftuħ. It-talb ingħad b’sitt lingwi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar