Barranin
Il-Papa jmexxi quddiesa privata biex ifakkar il-100 sena mit-twelid ta’ San Ġwanni Pawlu II

Il-Papa Franġisku kmieni dalgħodu mexxa quddiesa privata fil-Basilika ta’ San Pietru fejn jinsab midfun San Papa Ġwanni Pawlu II biex ifakkar il-100 sena minn twelidu.

Din il-quddiesa hija l-aħħar minn sensiela ta’ quddies privati f’dawn l-aħħar xahrejn, li jmexxi l-Papa kmieni filgħodu u li jixxandru fuq il-mezzi tal-media għaliex ma jistgħux jattendu nies minħabba l-imxija tal-coronavirus.

L-aħħar li l-Papa Franġisku kien fil-Basilika ta’ San Pietru kien f’Ħadd il-Għid.

Il-quddies fl-Italja mistenni jerġa’ jibda jiċċelebrat fil-pubbliku mil-lum taħt kundizzjonijiet stretti li ħareġ il-Gvern Taljan il-ġimgħa l-oħra. Fost ir-regoli l-ġodda hemm numru limitat ta’ nies fil-knejjes, iż-żamma ta’ distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri.