Reliġjon
Il-Papa jsemmi l-esperjenza tal-patrijiet Kapuċċini fil-ħabs ta’ Kordin

Waqt l-omelija tal-bieraħ, il-Papa Franġisku għamel referenza għall-esperjenza ta’ Fr Hayden fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin, fejn il-kappella tal-ħabs kellha tinbidel f’dormitorju għall-gwardjani, li qegħdin jorqdu hemm.

F’ittra li Fr Hayden bagħat lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech, huwa qal li l-artal tal-kappella tal-ħabs jinsab żarmat, imma l-artal tal-Knisja huwa armat, għax minflok artal tal-irħam jew l-injam, hemm is-sodod tal-persuni li qed jagħtu servizz lill-pripunieri.

L-Isqof Grech qal li tant messitu din l-ittra, li ddeċieda li jibgħatha lill-Papa, li min-naħa tiegħu semmiha erba’ minuti fl-omelija, anki jekk m’għamilx referenza diretta għall-post.

Ara wkoll:

Kappella tal-ħabs inbidlet f’dormitorju għall-gwardjani