Il-Papa se jagħti r-rigali li qala’ lill-fqar fosthom dak tal-Prim Ministru Muscat

Matul il-pontifikat tiegħu, il-Papa Franġisku ngħata kull xorta ta’ rigali. Issa dawn ir-rigali se jkunu qegħdin jiġu rkantati għall-karità. Ħafna nies huma interessati li jiksbu wieħed mill-bosta rigali li ngħata l-Papa.

Fost ir-rigali li se jkunu qegħdin jiġu rkantati fit-8 ta’ Jannar li ġej hemm dak li ngħata mill-Prim Ministru Joseph Muscat is-sena li għaddiet.

Id-dħul kollu li se jsir minn dan l-irkant se jmur għal persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom f’Ruma.