Barranin
Il-Papa se jiltaqa’ mal-mexxej spiritwali tal-Musulmani Xiti

Jibda it-tieni jum taż-żjara storika ta’ Papa Frangisku fl-Iraq.

Fuq l-aġenda, il-laqgħa mal-mexxej spiritwali ta’ miljuni ta’ Musulmani Xiti. Il-laqgħa ma’ Ayatollah Ali Al-Sistani mistennija ssir fil-Belt ta’ Najaf.

Aktar tard, Papa Frangisku, li għandu 83 sena, se jiltaqa’ ma’ 90 kjeriku tal-Musulmani Xiti għal taħdidiet fuq differenzi li hemm bejn ir-reliġjonijiet fosthom id-diffikultajiet li jiltaqgġu magħhom il-Kattoliċi fl-Iraq li jinsabu f’minoranza. Huwa se jattendi wkoll servizz inter reliġjuż f’sit storiku f’Ur fejn hu maħsub li twieled il-Patrijarka Abraham.