Annimali
AĠĠORNAT: Papri se jitneħħew mis-Salina wara li nstab li huma morda – jonqsu b’aktar minn 60% f’xahar u nofs

Ħaddiema mid-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif f’dawn l-aħħar ħamest ijiem ġabru bejn 12 u 18-il papra mejta kuljum minn kanal b’ilma baħar imdardar li jifred lir-Riserva Naturali tas-Salina miż-żona taħt it-triq ewlenija fejn fl-aħħar snin bdew jitrabbew dawn il-papri li allegatament jiġu mitmugħa minn anzjan u qariba tiegħu.

Il-Ħamis filgħaxija l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA fi stqarrija qalet li minn testijiet li għamlet fuq il-papri mejta nstab li kienu pożittivi għal Avian Flu u s-Salmonella u li huma ta’ periklu għall-ambjent, għas-saħħa pubblika u għall-ikel. Madankollu, fi stqarrija oħra 15-il siegħa wara, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-biedja u d-drittijiet tal-annimali qalu li l-papri ġew ittestjati u nstabu pożittivi għall-virus tal-Avian flu H6Nx u li l-evidenza epidemjoloġika turi li m’hemm l-ebda riskju magħruf ta’ mard fil-bnedmin jekk wieħed ikun espost għal annimali infettati b’din it-tip ta’ influwenza.

Mark Sultana, Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta, li tmexxi r-riżerva tas-Salina qal li jittama li l-papri li fadal jittieħdu fi kwarantina biex l-infezzjoni titrażżan.

“Li hu importanti hu li din ma tinxteridx f’għasafar li mhux bħal dawn il-papri jistgħu iżommu fl-istess żona, imma bħal għasafar u ħamiem li jista’ jmur f’postijiet oħra fejn anke hemm irziezet tat-tiġieġ, jiġifieri l-importanza hija nazzjonali issa,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta.

Is-Sur Sultana qal li fl-aħħar sentejn jistmaw li l-popolazzjoni taż-żewġ razzez ta’ papri fiż-żona tas-Salini li oriġinarjament jinstabu fl-Amerika Ċentrali u t’Isfel żdiedet għal bejn 300 u 400. Spjega li dawn huma papri domestiċi li oriġinaw fl-Amerika Ċentrali u għandhom bżonn ħafna ilma ħelu, iżda minflok qed jgħixu f’żona magħrufa għall-ilma mielaħ u għall-ħlejjaq partikolari fosthom il-ħuta nazzjonali, il-buzaqq.

“Interessanti li din hija ħuta li tidentifikana bħala Maltin u importanti li nipproteġuha u allura hija ħasra li mingħajr ma ssir ebda ħsara lill-papri għax mhux rotr tagħhom li qegħdin, importanti li nżommu f’moħħna l-importanza ekoloġika u jeħtieġ nipproteġuha,” żied jgħid Mark Sultana.

Fl-istqarrija, il-Ministeri għas-saħħa u l-annimali qalu li qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib u l-uffiċjali veterinarji qed jieħdu l-azzjonijiet xierqa skont il-każ.

Ara wkoll:

Papri domestiċi qrib ir-Riserva Naturali tas-Salina morda u qed imutu

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar