Awstralja
Il-Parlament Awstraljan milqut minn hacking

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom.

Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod sofistikat ħafna. Sa issa iżda jidher li l-attakk m’għamel ebda ħsara fil-proċess elettorali, hekk kif il-pajjiż se jkun qed jirrikorri għall-elezzjoni ftit tax-xhur oħra.

Il-Prim Ministru għadu ma qalx jekk l-attakk sarx minn xi ħadd fil-pajjiż jew minn pajjiż barrani.

Sa issa ċ-ċentru tas-sigurtà tan-networks Awstraljana għadhom qed jinvestigaw liema informazzjoni ġiet misruqa.

Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern Awstraljan kellu s-sistemi tan-networks tiegħu attakkati, bl-aħħar attakki fl-aħħar snin kienu ġew minn pajjiżi fosthom iċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel li tela’ mat-Torri Eiffel fi Franza llum waranofsinhar ħoloq paniku sħiħ, hekk kif it-torri nnifsu kellu jiġi evakwat u t-toroq tal-madwar ingħalqu. Qed jingħad li r-raġel daħal fit-torri b’mod…

Barranin

Il-President il-ġdid tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ħabbar elezzjoni Parlamentari bikrija waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tiegħu. Fiċ-ċerimonja f’Kiev, il-President Zelensky qal li qed ixolji l-Parlament. Qal li l-prijorità ewlenija tiegħu hija li…

Barranin

Tfajla ta’ 19-il sena fl-Italja qed tinżamm arrestata wara li qatlet lil missierha ta’ 41 sena, li kellu storja twila ta’ vjolenza domestika. Il-qtil possibilment se jitqies bħala wieħed ta’…

Barranin

Ħafna mix-xorb mimli biz-zokkor ma tantx għandhom xi valur nutrittiv u fihom ħafna kaloriji.  Għaldaqstant għandhom effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem. Studju ġdid juri r-rabta li teżisti bejn ix-xorb mimli…

Aktar