Unjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew b’vot favur liġi li nnegozjat għaliha Roberta Metsola

Il-liġi li tipproteġi l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, li tmexxiet ‘il quddiem u ġiet innegozjata mill-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, issa tista’ tibda tiġi implimentata wara li ngħatat approvazzjoni finali u b’saħħitha mill-Parlament Ewropew.

In-negozjati fuq din il-liġi saru fi żmien rekord ta’ sitt xhur. Il-liġi l-ġdida se tfisser żieda ta’ 10,000 gwardji tal-kosta u l-fruntieri Ewropej li se jassistu Stati Membri fuq numru ta’ affarijiet, b’mod speċjali fi żminijiet ta’ kriżi ta’ immigrazzjoni, biex jiġġieldu l-kriminalità bejn il-fruntieri, kif ukoll biex jissaħħaħ u jsir aktar effiċjenti l-proċess biex persuni mingħajr id-dritt li jkunu fl-Unjoni Ewropea jintbagħtu lura, flimkien ma’ salvagwardji ġodda Ewropej. Il-Gvernijiet, inkluż dak ta’ Malta, diġà kienu approvaw il-ftehim preliminari x-xahar li għadda.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mal-MEP Roberta Metsola, il-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni u l-Intern Dimitris Avramopoulos irringrazzja lill-MEP Metsola għall-ħidma tagħha fuq din il-liġi importanti.

Din il-liġi se tittrasforma l-mod kif l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea tindirizza l-fenomenu tal-immigrazzjoni, billi tassigura 10,000 gwardjan tal-fruntiera ġdid, ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità, tipproteġi d-drittijiet fundamentali u tgħin fil-proċess biex dawk li ma jkunux eliġibbli għall-protezzjoni jintbagħtu lura b’mod sigur.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel minn B’Buġa nstab ħati li kkawża inċident tat-traffiku, li darab gravi lil raġel ieħor, li kien qed isuq b’mod eċċessiv taħt l-influwenza tax-xorb f’każ li jmur lura 7 snin…

Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Aktar