Barranin
Il-Parlament Ewropew japprova l-kundizzjonijiet ta’ Brexit

B’621 vot favur u 49 kontra, il-Parlament Ewropew approva l-kundizzjonijiet tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Is-751 membru tal-Parlament Ewropew, fosthom is-sitta Maltin, tefgħu l-vot tagħhom f’seduta meqjusa storika għax matulha saru l-aħħar diskorsi minn uħud mit-73 ewroparlamentari Brittaniku, li issa se jispiċċaw mill-Parlament Ewropew.

Is-seduta fi Brussell qed titqies bħala l-aħħar ostaklu fil-proċess ta’ ratifikazzjoni qabel ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea jumejn oħra.

Dalgħodu, il-Mexxej tal-Brexit Party u attivist ferventi favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Nigel Farage indirizza lill-ġurnalisti fl-aħħar jum tax-xogħol tiegħu bħala membru tal-Parlament Ewropew. Huwa għamilha ċara li minkejja li r-Renju Unit ilu membru fl-Unjoni Ewropea għal kważi ħamsin sena, qatt ma rnexxilu jsib postu f’din l-organizzazzjoni.

Il-Mexxej tal-Brexit Party, Nigel Farage qal ”Whatever my criticisms may be of the political system in the United Kingdom and its need for urgent reform, in the end what this shows is that it still actually works.”

Minkejja t-tluq, ftit se jkun hemm differenzi immedjati għaliex mill-ġimgħa d-dieħla jibda perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 11-il xahar li matulu ż-żewġ naħat jridu jaqblu fuq x’tip ta’ relazzjoni se jkollhom fuq oqsma varji li jvarjaw mill-kummerċ għas-sigurtà.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar