COVID-19
Il-Parlament Ewropew japprova proposti għal għajnuna lill-pajjiżi milquta mill-Covid-19

Il-Parlament Ewropew approva tliet proposti meqjusa urġenti għal għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi l-iktar milquta mill-Covid-19.

L-ewwel proposta approvata hija dik tal-għotja ta’ €37 biljun minn fondi Ewropej għal sistemi tas-saħħa, negozji żgħar, swieq tax-xogħol u setturi vulnerabbli fl-ekonomiji tal-istati membri. Din il-proposta għaddiet b’683 vot favur, wieħed kontra u 4 astensjonijiet.

Ġiet approvata wkoll l-estensjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex ikopri emerġenzi tas-saħħa pubblika, bl-ammont ta’ fondi disponibbli għall-istati membri fl-2020 huwa ta’ €800 miljun.  Il-proposta ġiet approvata b’671 favur, 3 kontra u 14-il astensjoni.

It-tielet proposta approvata hija s-sospensjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar it-titjiriet, fejn il-linji tal-ajru b’hekk ma jkunux obbligati jużaw it-tluq u l-inżul skedat, anki b’ajruplan vojt, biex ma jitilfux posthom fl-istaġun li jmiss. Din is-sospenzjoni, li tibda tgħodd min-nhar il-Ħadd sal-24 t’Ottubru, għaddiet b’686 vot favur u żewġ astensjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Aktar