Unjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew jiddiskuti mozzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta

Il-Parlament Ewropew beda jiddiskuti mozzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta u fis-Slovakja. Fil-bidu tad-dibattitu, ir-rapporteur tal-Parlament qal li l-mozzjoni dwar Malta ser tkun emendata biex tinkludi l-fatt li l-gvern Malti se jibda jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Venezja.

Dan seħħ fl-istess waqt li fil-Parlament Malti, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ressaq għall-ewwel qari ħames abbozzi ta’ liġijiet li jimplimentaw diversi proposti li saru mill-Kummissjoni Venezja.

Il-Kummissarju Ewropea dwar il-Ġustizzja, Vera Jurova, qalet li l-Kummissjoni Ewropea taqbel mar-riżoluzzjoni tal-Parlament li tidħol fi djalogu ma’ Malta dwar is-saltna tad-dritt. Hija qalet li l-Kummissjoni fejn kien hemm ksur tas-saltna tad-dritt, fosthom il-Polonja u l-Ungerija, ħadet il-passi skont it-trattati Ewropej. Hija semmiet li fir-rapporti li ħarget dwar Malta u s-Slovakkja, għamlet l-osservazzjoni dwar xi nuqqasijiet, fosthom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-miżuri kontra l-ħasil tal-flus. Dwar il-programmi taċ-ċittdinanza b’investiment u sejħiet biex dawn jispiċċaw fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissarju Jurova qalet li sal-aħħar ta’ din is-sena, kumitat ta’ esperti għandu joħroġ bi proposti dwar s-sistema regolata dwar dawn il-programmi.

Fid-dibatittu intervjenew, fost oħrajn, l-Ewroparlamentari Roberta Metsola, li qalet li l-valuri tal-Maltin huma l-valuri Ewropej. Intervjena ukoll l-Ewroparlamentari Alfred Sant, li sostna li r-rapport dwar Malta sar minn membri li għandhom xaqliba partiġġjana. Sostna li Malta timxi mar-regoli tas-saltna tad-dritt. F’mumenti minnhom kien hemm konfront bejn l-Ewroparlamentari Portugiża Anna Gomes u l-Ewroparlamentari Miriam Dalli, li fl-intervent tagħha spjegat il-passi li qed jieħu l-Gvern biex jemenda liġijiet li ilhom fis-seħħ bosta snin.

Ftit qabel beda dan id-dibattitu, fil-Parlament Malti, il-Ministru Owen Bonnici ressaq sensiela ta’ abbozzi ta’ liġijiet ġodda biex ikunu imwettqa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Dawn jipprovdu, fost oħrajn, riforma fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jinqasmu l-funzjonijiet tiegħu, riformi dwar il-ħatriet tal-Kummissjonijiet Kostituzzjonali. Abbozzi oħra li tressqu mill-Ministru Bonnici huwa biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Pulizija, riforma oħra dwar l-Ombudsman u ieħor dwar is-servizz pubbliku.

Fi stqarrija tal-Gvern intqal li l-Gvern, minbarra liġi li diga ghamel li sahhew is-saltna tad-dritt, huwa kommess illi jkompli bir-riformi legali, sabiex ikun assigurat illi ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jgħixu f’soċjetà fejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem ikunu mħarsa u ssalvagwardjati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għodwa għal John Cortis minn Ħal Qormi ma kinitx bħas-soltu. Ma’ TVM spjega li dalgħodu xħin qam xamm riħa ta’ ħruq u sema’ xi tfaqqigħ bħal bombi tal-festa. Huwa ħaseb…

Qorti

Kaled Muktahar Ben Gamhur ġie kkundannat 18-il xahar priġunerija. Huwa ammetta li seraq €118 u mobile minn karozza fil-15 ta’ Ġunju li għadda. L-akkużat kkommetta dan ir-reat ix-xahar li għadda…

Kronaka

Nirien żgħar ħakmu f’restaurant fil-Gżira. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq ix-Xatt. In-nirien li żviluppaw f’restaurant ġew ikkontrollati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili . Dak il-ħin ma kien hemm ħadd ġewwa. Kelliema…

Saħħa

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis ħabbar proġett pilota li se jibda mill-ġimgħa d-dieħla fejn anzjani li ma jistgħux joħorġu mid-dar, mill-Mosta u Birkirkara se jkunu jistgħu jitolbu biex…

Aktar