Lokali
Il-Parlament ifakkar il-100 sena anniversarju tas-Sette Giugno

Fil-Parlament ta’ Malta, se tintwera il-wirja “CULHAT AL BELT” li tfakkar il-ġrajja nazzjonali tas-Sette Giugno 1919.

Imtella’ minn kollaborazzjoni bejn il-Parlament ta’ Malta, il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Heritage Malta, din il-wirja se tintwera fis-6:30pm tal-lejla fil-binja tal-Parlament.

Din se tkompli b’tifkira nazzjonali quddiem il-monument tas-Sette Giugno, għada fis-6 ta’ Ġunju fis-7.00pm f’Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Fil-festa l-propja, fis-7 ta’ Ġunju, se ssir quddiesa għas-suffraġju ta’ Wenzu Dyer, Carmelo Abela, Manuel Attard u Ġużè Bajada, l-erbgħa Maltin li nqatlu minn suldati Ingliżi waqt ir-rivelli tas-Sette Giugno. Il-Quddiesa se ssir fl-10:00 fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata, f’Raħal Ġdid.

Fi Triq ir-Repubblika, se jsir ukoll programm ta’ marċi fl-10:00 mis-Soċjetà Mużikali King’s Own Band tal-Belt Valletta.

Il-wirja se tixxandar dirett fis-6.30pm fuq https://tvm.com.mt/mt
________________

ARA WKOLL: Id-dokumentarju dwar is-Sette Giugno, fuq TVMi.
https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/culhat-al-belt/

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Infrastruttura

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u…

Lokali

Il-Gvern ħabbar li l-freephone 153 għandu ħsara teknika, u għalhekk minn iċempel jaf ma jaqbadx. Fi stqarrija l-Gvern żied li hemm ukoll influss qawwi ta’ telefonati b’rabta mal-bonus addizzjonali mħabbar…

Qorti

“Bżajt li qatt mhu se nerġa’ nitkellem.” Qalet dawn il-kliem vittma t’attentat ta’ qtil li spiċċat bi kważi għonqha mħanxar wara li raġel Libjan ipprova jisirqilha l-handbag. Il-Qorti t-Tnejn bagħtitu…

Aktar