Brexit
Il-Parlament Ingliż jivvota biex joħroġ mill-UE bi ftehim

Fil-Parlament Ingliż ilbieraħ filgħaxija mill-ġdid mumenti kruċjali hekk kif il-membri parlamentari ivvutaw biex jirrifjutaw li ma jkunx hemm ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit, taħt kull ċirkostanza.

Fl-ewwel vot li kien dwar emenda li tirrifjuta li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, id-differenza fil-voti kienet biss ta’ erbgħa. Fit-tieni vot li kien dwar mozzjoni li tgħid li r-Renju Unit ma jitlaqx mingħajr ftehim speċifiku sad-29 ta’ Marzu, il-maġġoranza ivvutaw favur.

Il-membri parlamentari Ingliżi issa mistennija jivvutaw biex jitolbu permess lill-Unjoni Ewropea biex tittardja Brexit wara d-29 ta’ Marzu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tal-Kazakhstan, Nursultan Nazarbayev, irriżenja mill-kariga wara 30 sena. Huwa kien l-uniku mexxej ta’ dan il-pajjiż minn tmiem l-Unjoni Sovjetika. Nazarvayev, li għandu 78 sena, qal li ma kinitx deċiżjoni…

Barranin

Il-Gvern Ingliż qal li ser jipprova jgħaddi l-ftehim dwar il-Brexit tal-Prim Ministru Theresa May mill-Parlament, hekk kif in-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea għal Brexit, Michel Barnier, qal li jridu jiġu mwieżna…

Barranin

Każ traġiku f’Modena, fl-Italja, meta mara ta’ 47 sena qabżet mill-10 sular ta’ binja appartamenti bin-neputi ta’ 5 snin f’dirgħajha. “Irrid insalvah, naħrab bih,” kienet dejjem tgħid Silvia Pellacani dwar…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini waqqaf bastiment tas-salvataġġ milli jidħol f’kwalunkwe port Taljan. Il-bastiment Mare Jonio salva 49 immigrant, li fosthom hemm 12 li huma minuri, mill-periklu li kienu jinsabu…

Aktar