Barranin
Il-Parlament Ingliż sospiż għal 5 ġimgħat fuq ordni ta’ Boris Johnson

Fl-eqqel ta’ kriżi parlamentari dwar Brexit, il-Parlament Ingliż se jkun sospiż għal 5 ġimgħat fuq ordni tal-Prim Ministru Boris Johnson. Deputati mill-Oppożizzjoni sostnew li mhux se jappoġġaw il-mozzjoni favur elezzjoni ġenerali fil-15 ta’ Ottubru, sakemm tidħol fis-seħħ il-liġi li timblokka Brexit milli jsir mingħajr ftehim.

Johnson qed isostni li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru . . . irrelevanti jekk jkunx hemm ftehim ma’ Brussel jew le. Il-liġi proposta mill-Oppożizzjoni, u li ġiet approvata mil-Parlament Ingliż, trid li torbot idejn il-Prim Ministru.

Din il-liġi kienet deskritta mill-Gvern bħala liġi tal-ħabba gozz. Johnson ġie imwissi li jista’ jiffaċċja azzjonijiet legali jekk jiskarta din il-liġi.

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Laburista, Hilary Benn qalet “We’re dealing with a Prime Minister here who is going around the country saying “well I may not do what the law requires”, now … there’s only one other way of squaring that circle, and that would be for the Prime Minister to resign.”

Johnson qal li jkun falliment tal-istat jekk ma tgħaddix tiegħu u jibqa’ ma jintlaħaqx ftehim mal-Unjoni Ewropea fis-summit tat-18 ta’ Ottubru.

”That outcome would be a failure of statecraft for which we would all be responsible.”

F’laqgħa mal-Prim Ministru tal-Irlanda, Johnson stqarr iżda li jinsab fiduċjuż li se jintlaħaq qbil.

”I do believe that a deal can be done by October the 18th, so let’s do it together. Thank you very much.”

Il-kwistjoni tal-fruntiera tar-Renju Unit mar-Repubblika Irlandiża wara Brexit, hija waħda mill-kwistjonijiet ewlenin u kontroversjali li għad hemm bejn il-Gvern Ingliż u Brussell.

Sadattant, l-Ispeaker tal-House of Commons, John Bercow, ħabbar li se jirreżenja meta tissejjaħ elezzjoni ġenerali jew l-aktar tard fl-aħħar ta’ Ottubru. Bercow qal li wara 10 snin fil-kariga, wasal iż-żmien li jwarrab. Hu qal li jħossu onorat u privleġġat li serva f’din il-kariga.

”I could not do so without the support of a small but superb team in Speaker’s House, the wider House staff, my Buckingham constituents, and above all my wife, Sally, and our three children, Oliver, Freddie and Jemima.”

Bercow, li hu ex-membru tal-Partit Konservattiv, ilu f’din il-kariga mill-2009. Fl-aħħar snin, Bercow iffaċċja kritika mill-persuni favur Brexit li bdew jiddubitaw l-imparzjalità tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Barranin

Tifel ta’ disa’ snin mill-Belġju mistenni jiggradwa mill-università u jikseb degree. Laurent Simons qed jistudja l-electrical engineering fl-Università tat-Teknoloġija f’Eindhoven, kors meqjus bħala wieħed iebes anke għal studenti ta’ età…

Barranin

F’esperiment straordinarju, il-linja tal-ajru Qantas kisret rekord dinji, hekk kif irnexxielha ttir minn Londra għal Sydney, b’mod dirett. It-titjira, li kienet twila kważi 18,000 kilometru, damet għaddeja 19-il siegħa, u…

Aktar