
Il-Parlament aġġorna għal nhar it-Tnejn 20 ta’ Jannar 2020 fid-disgħa ta’ filgħodu b’aġenda li għad trid tiġi kommunikata aktar tard.
Dalgħodu fl-aħħar seduta qabel il-btajjel tal-Milied, fil-Parlament approva l-estmi finanzjarji tal-budget b’sensiela ta’ votazzjonijiet li fihom gew meghluqa l-emendi li tressqu mill-Oppożizzjoni.
Għal darb’oħra, il-membri tal-Partit Nazzjonalista ma kinux preżenti fil-Kamra tad-Deputati wara li fil-bidu tal-ġimgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li mhux se jattendu sakemm Joseph Muscat jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru.
Il-Parlament ser jerġa’ jiltaqa’ wara li tkun saret l-elezzjoni ta’ mexxej ġdid tal-Partit Laburista li għandu jintgħażel sat-12 ta’ Jannar meta jkun mistenni li jirriżenja l-Prim Ministru biex il-mexxej il-ġdid jingħata l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru.
Il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg qal li bħala moviment u Gvern se jdawwar kull sfida f’opportunità, aktar ġustizzja, aktar progress u aktar għaqda għall-familji kollha f’Malta u Għawdex. Fuq…
L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi wissiet lill-membri tagħha u lill-imprendituri biex ikunu kawti u responsabbli f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Fi stqarrija, l-MDA qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jirriżenja kienet waħda inevitabbli fl-isfond ta’…
Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ġimgħa, 06 ta’ Diċembru, 2019. Times of Malta Times of Malta jirrapporta li l-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ilbieraħ…
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…