Parlament
Il-Parlament jiddiskuti l-każ tad-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd

Il-każ tad-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia tqajjem ukoll fil-Parlament fi stqarrija Parlamentari mill-Ministru Jose Herrera li nforma lill-Kamra bil-passi li qed jittieħdu fosthom is-sospensjoni ta’ Adreina Fenech Farrugia. Id-deputat Edwin Vassallo fost oħrajn qal li f’dan il-każ il-Gvern qed ikun f’saħħtu maż-żgħir u dgħajjef mal-kbir għaliex qal li mexxiex bl-istess kelj fuq il-każi ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Id-deputati Marlene Farrugia u Jason Azzopardi staqsew kif saret il-ħatra ta’ Dr Fenech Farrugia bħala Direttur tas-Sajd wara li kienet tneħħiet mill-Gvern Nazzjonalista.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li l-Gvern ser ikompli jipproteġi s-settur tal-akwakultura u semma’ kif ittieħdu passi u tħarrab it-tonn meta nstab li kien hemm tonn żejjed fil-gaġġeġ tat-tonn. Dwar il-ħatra ta’ Dr Fenech Farrugia, il-Perit Camilleri qal li fl-2010 hija ma baqgħetx Direttur Ġenerali tas-Sajd iżda qatt ma ntqal għaliex u m’hemmx anqas indikazzjoni għalfejn ġiet trasferita u staqsa għaliex giet trasferita bl-istess kundizzjonijiet li kellha bħala Direttur Ġenerali.

Ara wkoll:

Il-Pulizija Maltija tinvestiga kumpanija Spanjola – Id-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd tiċħad l-akkużi

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar