Parlament
Il-Parlament jiddiskuti l-Programm taċ-Ċittadinanza

Il-Programm taċ-Ċittadinanza wara dak irrappurtat fuq l-istazzjon Franċiż, tqajjem ukoll fil-Parlament wara mistoqsijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u d-Deputat Beppe Fenech Adami li staqsew fost oħrajn jekk il-Gvern ikkunsidrax l-appell tal-Oppożizzjoni biex jissospendi l-bejgħ tal-passaporti li qalu tat reputazzjoni ħażina lil Malta.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici sostna li Malta m’għandhiex skema li tbigħ iċ-ċittadinanza minħabba li l-applikanti jgħaddu minn skrutinju strett. Fakkar li l-Kummissjoni Ewropea evalwat il-programm Malti u anke ġie approvat minnha.

Huwa qal li s-serjetà tal-programm dehret mill-ewwel meta ġew sospiżi minnufih il-liċenzja tal-uffiċċju legali li ġie implikat bl-allegazzjonijiet tal-istazzjon Franċiż. Dr Bonnici appella biex jitħallew isiru bir-reqqa l-investigazzjonijiet mir-regolatur u mill-kamra tal-avukat. Il-Ministru Bonnici qal li l-Oppożizzjoni għalkemm kienet kontra dal-programm mill-bidu tiegħu, jidher li bidlet fehmitha għaliex fl-aħħar programm elettorali tagħha ma qalitx li ser tneħħih.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar