Politika Lokali
AĠĠORNAT: Il-Parlament jiddiskuti r-rapport żvelat fuq il-Kumpanija 17 Black

Il-Kamra tad-Deputati iddiskutiet mozzjoni mressqa millOppożizzjoni dwar dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black fuq talba li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li l-Kamra kellha tiddiskuti kull allegazzjoni li saret fuq parlamentari inkluż l-istess Kap tal-Oppożizzjoni u d-deputat ewro parlamentari David Casa.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black taddirettur tal-Electrogas Yorgen Fenech juri li mhemm xejn nadif fil-każ tal-power station tal-gass. Huwa qal li l-Prim Ministru stess kien qed iżomm milli ssir l-inkjesta ġudizzjarja fuq 17 Black.

L-avukat Delia allega li f’din il-kumpanija kellhom jidħlu flus minn dak li ħadu l-kuntratt tal-power station.  Huwa saqsa x’inkjesta kien hemm bżonn biex tifhem li dak li sar ma kienx sewwa u li kien abbuż u korruzzjoni.  Qal li għandha tintrefaresponsabbilta’ politika minnufih sakemm issir l-inkjesta.  

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-mozzjoni kienet meħtieġa għax kienet ta’ interess pubbliku u taffettwa ir-reputazjzoni tal-pajjiż fil-qasam finanzjarju u ekonomiku.  Qal li wara llum fl-Ewropa diġa’ ddeċidew li jagħtu kundanna politika lil Malta.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għandha tintrefaresponsabbilta’ politika għax meta saret il-power station inħolqu strutturi biex ikun jistajsir l-abbuż.  Huwa staqsa għaliex il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri m’għandhomx jirriżenjaw.  Staqsa jekk il-prinċipju tas-saltna tad-dritt u r-regolamenti japplikawx għalihom ukoll.  Huwa qal li fin-nuqqs tariżenji, ir-reponsabbilta’ politika għandha tintrefa’ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne akkuża lill-Oppożizzjoni li ħolqot ‘messa in scena’ għax ma riditx iddibattitu li jsir għax sejħet konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament fl-istess ħin li riedet li jsir id-dibattitu.

Il-Minsitru Fearne qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni nesa jsemmi l-allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tiegħu stess.  Qal li kien qed jgħid dan għax kien qed ikejjel blistess riga li uża l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Huwa kkwota dak li qal l-istess Delia dwar 17 Black meta stqarr illi ma jieħux ir-rapport bħala vanġelu sakemm ikun hemm il-konklużjonijiet finali.

Id-deputat Prim Ministru qal li għax f’Malta teżisti s-saltna tad-dritt, hemm proċess ġudizzjarju għaddej. Huwa akkuża lill-Oppożizzjoni li ma tridx tapplika s-saltna tad-dritt f’dan il-każ u trid tagħmilha tal-prosekutur, tal-ġudikant u tal-bojja.

Dr Fearne qal li l-Gvern m’għamilx l-istess allegazzjonijiet fil-konfront tad-deputat parlamentari ewropew David Casa fuq użu takokaina u allegazzjonijiet tafrodi tal-fondi tal-parlamentewropew.  Qal li l-Gvern iħalli l-istituzzjonijiet jaħdmu u ma jagħmilhiex tal-prosekutur, tal-ġudikant u tal-bojja kif qed tagħmel l-Oppożizzjoni. Qal li f’dan il-każ wieħed għandu jistenna l-eżitu tal-proċess ġudizzjarju anki jekk l-Oppożizzjoni riedet tibdel il-ġudikant.

Huwa qal illi r-rapport ta’ Reuters kien imsejjes fuq rapport tal-FIAU li jikkonferma li l-istituzzjonijiet fosthom l-FIAU jaħdmu kontra dak li ilha tallega l-Oppożizzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar