Barranin
Il-Parlament Taljan b’riforma biex jonqsu terz tas-siġġijiet fil-Parlament u s-Senat

Il-Parlament Taljan approva riforma li kienet ilha mistennija s-snin biex jonqsu terz tas-siġġijiet fil-Parlament u s-Senat.

Bir-riforma li ġiet approvata mill-kamra tad-deputati tal-Italja, l-għadd ta’ membri parlamentari se jonqos minn 945 għal 600, waqt li kuljum se jiġu ffrankati madwar tliet mitt elf ewro.

L-Italja għandha t-tieni l-ogħla numru ta’ deputati fl-Ewropa wara r-Renju Unit, b’630 deputat fil-Parlament u 315-il deputat fis-Senat. Ir-riforma mistennija tidħol fis-seħħ wara l-elezzjoni li jmiss li hi skedata għal 2023, għalkemm għad hemm aktar ostakli x’jingħelbu fosthom il-possibiltà ta’ referendum.

It-tnaqqis fl-għadd ta’ membri parlamentari kienet proposta ewlenija tal-Moviment Cinque Stelle, waqt li kritiċi qed iwissu li t-tnaqqis fil-Parlament jaf jaffettwa ħażin ir-rappreżentanza demokratika.

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte fisser id-deċiżjoni tal-Parlament bħala ġurnata storika għall-Italja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Bernie Sanders wissa lir-Russja biex ma tindaħalx fl-elezzjonjiet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà Amerikani kienu rrappurtati li qalu li Moska qed tipprova tassistih fil-kampanja. Sanders li għandu…

Barranin

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet…

Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Aktar