
COVID-19
Il-parrukkiera jistgħu jiddeċiedu huma jekk jagħmlux blow-dries
Il-parrukkiera għandhom dritt jiddeċiedu huma jekk jagħtux servizzi ta’ blow-dry lill-klijenti tagħhom jew le.
Meta mistoqsija mill-ġurnalisti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li f’dan l-istadju l-evidenza għadha mhux ċara fuq kemm jiżdied ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-Covid-19 meta tagħmel blow-dry.
Dan peress li bil-blow-dry tkun qed iddawwar l-arja madwar il-wiċċ tal-persuna.
Qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir biex il-blow-dries ikunu evitati, iżda minħabba n-nuqqas ta’ evidenza, din ma saritx mandatorja, u l-parrukkier għandu dritt jiddeċiedi hu x’jagħmel fil-ħanut tiegħu.
Ara wkoll: