Politika
Il-Partit Demokratiku b’6 kandidati fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-Partit Demokratiku ħabbar li se jkollu sitt kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Huma se jikkontestaw f’San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema, Ħal Tarxien, il-Qrendi u f’Birkirkara.

F’konferenza tal-aħbarijiet ħdejn il-Parlament, il-kandidati ppreżentaw il-viżjoni tal-Partit Demokratiku għall-Kunsilli Lokali b’enfasi fuq is-solidarjetà u t-trawwim ta’ sens ta’ responsabbiltà fil-lokalitajiet. Qalu li l-komunitajiet jistgħu jdawru l-wirt u l-identità f’riżorsa li titgawda minn kulħadd. Esprimew il-fehma li l-Kunsilli Lokali għandhom jrawmu impenn għall-ġid komuni u mhux dak li sejħu tribaliżmu tal-partiti politiċi.

Dwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-Partit Demokratiku hu tal-fehma li m’hemmx soluzzjoni waħda li tgħodd għal kulħadd. Il-kandidati qalu li jrid isir sforz fuq il-prevenzjoni u l-edukazzjoni biex l-oġġetti jerġgħu jintużaw qabel ma jkunu rriċiklati. Dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, il-Partit Demokratiku jemmen li għandu jkun hawn strateġija nazzjonali għal trasport affidabbli, b’sigurtà fit-toroq u serwqan għaqli fost it-timbri ta’ gvern lokali li joffri valur miżjud.

Dwar l-ippjanar f’żoni urbani u rurali, il-kandidati saħqu li l-Kunsilli Lokali għandhom jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern biex kull lokalità jkollha pjan lokali aġġornat u policy li tipproteġi l-karatteristiċi fil-qalba tal-irħula.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar