Barranin
Il-partit favur l-armata fit-Tajlandja jidher li se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali

B’aktar minn 90 fil-mija tal-voti mgħaduda, il-partit favur l-armata fit-Tajlandja jidher li qiegħed fuq quddiem, wara li saret l-ewwel elezzjoni mill-kolp ta’ stat ħames snin ilu. Jidher li l-partit Palang Pracha Rath kiseb seba’ miljuni u sitt mitt elf vot – nofs miljun aktar mill-partit fl-oppożizzjoni Pheu Thai li għandu rabtiet mal-eks Prim Ministru Thaksin Shinawatra.

Ir-riżultati uffiċjali mistennija jitħabbru aktar tard illum. Madankollu jidher li l-partit favur l-armata se jkun f’pożizzjoni li jifforma Gvern taħt it-tmexxija tal-kap il-Ġeneral Chan-ocha li mexxa l-kolp ta’ stat fl-2014. Aktar minn 50 miljun persuna kienu eliġibbli biex jivvutaw iżda kienu biss 65 fil-mija li tefgħu l-vot tagħhom.

It-Tajlandja kienet ilha s-snin maħkuma minn instabbiltà politika u wara l-kolp ta’ stat fl-2014, l-armata wegħdet li jsiru elezzjonijiet ħielsa iżda b’xi mod dejjem ġew posposti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Barranin

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew. F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li…

Barranin

Kemm-il darba smajna li ġew arrestati wara li nqabdu li ħbew id-droga xi mkien. Kienu l-ħafna l-moħbiet li smajna bihom iżda din taf tissorprendi lil bosta. Raġel fi Spanja ġie…

Aktar