Politika
Il-Partit Laburista jgħid li l-PN m’għandux kredibbiltà fis-settur tal-enerġija

Il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbiltà dwar l-enerġija. Il-PL qal dan fi stqarrija b’reazzjoni għall-istqarrija tal-PN.

Il-Partit Laburista qal li Gvern Nazzjonalista ħalla s-settur b’teknoloġija tal-imgħoddi u dejjem qal li ma kienx hemm bżonn investimenti ġodda.

Il-Partit Laburista qal li Gvern Nazzjonalista għabba lill-poplu Malti bl-ogħla kontijiet, filwaqt li Gvern Laburista se jkompli jassigura sigurtà tal-provvista tal-enerġija bi pjani konkreti, studjati u avvanzati.