Politika
Il-Partit Nazzjonalista b’għadd ta’ suġġerimenti dwar il-ftuħ tal-iskejjel

B’reazzjoni għall-aħbar li l-ftuħ tal-iskejjel se jkun pospost għal Ottubru, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-iskejjel se jiftħu tard għaliex il-preprazzjoni bdiet tard wisq minkejja li kien ċar li l-mewġ tal-pandemija ma’ kienx se jieqaf.

Permezz tal-kelliem għall-Edukazzjoni Clyde Puli, il-PN qal li dan il-perjodu ta’ posponiment tal-ftuħ tal-iskejjel jintuża biex issir il-ħidma li ma laħqitx saret sabiex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tat-tfal u tal-edukaturi, biex isir sforz serju biex tiġi kkontrollata l-imxija
tal-pandemija, u biex isiru l-preparamenti għal edukazzjoni online.

Qal li wara dan il-perjodu addizzjonali ta’ preparazzjoni għandha terġa’ ssir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni qabel jittieħdu deċiżjonijiet oħrajn.

Ara wkoll:

L-istudenti se jibdew l-iskola fi ġranet differenti f’Ottubru

L-MUT tilqa’ d-deċiżjoni li jiġi pospost il-ftuħ tal-iskejjel