Lokali
Il-Partit Nazzjonalista jaħtar Kummissjoni Kandidati

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva unanimament li tinħatar Kummissjoni Kandidati. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kumitat Eżekuttiv qed iwaqqaf Kummissjoni Kandidati li tkun komposta minn:

1) Colin Vella Bowman bħala Chairperson tal-Kummissjoni, u mill-membri

2) Dr Kris Borg

3) Rachel Azzopardi

4) Dr Joe Vella Baldacchino

5) Helen D’Amato

6) Dr Joe Bugeja, u

7) Dr Albert Bell

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv huwa membru ex officio.

Ġie spjegat li l-funzjoni tal-kummissjoni hi li: tidentifika nies li jkunu idonji u li jikkwalifikaw biex ikunu kandidati f’isem il-partit; tirriċerka f’kull settur ta’ ħidma kulturali, artistika, edukattiva, professjonali, kummerċjali, ekonomika, soċjali u kull vokazzjoni jew qasam ieħor ta’ xogħol fil-pajjiż; tirraporta lill-Kunsill Amministrattiv bir-riżultati tal-ħidma tagħha; tassigura li jsir l-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta; tissottometti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Amministrattiv; u tirraporta regolarment lill-Kunsill Amministrattiv u lill-Kumitat Eżekuttiv

Il-Kumitat Eżekuttiv fl-istess laqgħa beda japprova statut ġdid tal-partit.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar