Politika
Il-Partit Nazzjonalista jgħid li mhux se jippermetti li l-biedja tfalli

Il-Partit Nazzjonalista qal li mhux se jippermetti li l-biedja tfalli u se jaħdem bis-sħiħ biex isaħħaħ dan is-settur.

Dan qalu il-Kap tal-PN Adrian Delia, waqt attività politika għar-residenti tas-seba’ distrett elettorali. Għalhekk, il-PN ħareġ bi proposti konkreti li jissalvagwardjaw dan is-settur li jgħin lil Malta tkun indipendenti u tassigura sigurtà f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel.

Il-PN wera t-tħassib tiegħu bl-statistika li turi li l-biedja f’Malta naqset bi kważi 4% filwaqt li l-ispejjeż żdiedu b’6% mentri 70% ta’ dak li nieklu; ħxejjex, frott u laħam, huwa impurtat.

Għalhekk, il-PN ħareġ bil-proposti li l-bdiewa u r-raħħala jiġu pprovduti bl-għodda biex jaħdmu u jikkompetu aħjar, b’assistenza teknika fuq il-marketing tal-prodotti.

Qal ukoll li għandna nisfruttaw u nibbenefikaw mill-għodod tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jintużaw dawk il-mezzi Ewropej għall-promozzjoni tal-prodott Malti anke barra minn Malta.

Dr Delia semma kif il-bidwi Malti ma għandux jiġi penalizzat bi spejjeż akbar.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal ukoll li l-PN se jibqa’ l-vuċi tal-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar