Politika
AĠĠORNAT: Il-grupp Parlamentari tal-PN jiddiskuti l-iżviluppi fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, illum laqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-PN b’urġenza biex jiddiskuti l-iżviluppi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-arrest ta’ Yorgen Fenech.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li din il-laqgħa saret hekk kif Adrian Delia rritorna Malta wara li qata’ ħesrem il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fil-Kroazja.

Dr Delia qal li dan huwa mument delikat ħafna u jeħtieġ prudenza biex il-ġustizzja titħalla tieħu l-kors tagħha. Dr Delia qal li iżda hemm ukoll responsabbiltà politika li trid tinġarr, u għalhekk l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jieqaf ikaxkar saqajh u minnufih ikeċċi liċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, li qal kellhom rabtiet mal-kumpanija 17 Black ta’ Yorgen Fenech.

Il-Grupp Parlamentari qabel li l-ġlieda favur il-ġustizzja u kontra l-korruzjoni għandha tibqa’ ssir mingħajr ebda riservi, u ġie deċiż li l-Partit Nazzjonalista jipparteċipa fil-protesta li se ssir mis-soċjetà ċivili għada fil-Belt Valletta.

Sadanittant, intervistat illejla fuq NET TV, Dr Delia qal li l-Prim Ministru mhux qed jieħu d-deċiżjoni li hemm bżonn jieħu; li jkeċċi lil min qed jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż, u għalhekk qal li huwa kompliċi magħhom.

Huwa tenna li b’dan li qed iseħħ il-Gvern huwa illeġitimu, iżda fl-istess waqt qal li dan ma jfissirx li r-rieda tal-poplu b’maġġoranza f’elezzjoni għandha tinqaleb.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca kitbet appell biex il-poplu Malti jingħaqad. Fuq Facebook Coleiro Preca kitbet li mill-istorja tal-pajjiż il-poplu dejjem waqaf għall-valuri tal-onestà, il-ġenwinità, l-altruwiżmu, il-bżulija, l-għaqal u l-intergrità….

Politika

Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…

Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Aktar