Immigrazzjoni
Il-Partit Popolari Spanjol jipproponi li nisa immigranti tqal ma jitkeċċewx mill-pajjiż jekk jagħtu t-tarbija għall-adozzjoni

Fi Spanja, il-Partit Popolari (PP) qed jipproponi li immigranti nisa tqal li jaslu fil-pajjiż mingħajr dokumenti ma jitkeċċewx minn Spanja jekk jagħtu t-tarbija għall-adozzjoni.

Il-proposta kontroversjali mill-partit fl-Oppożizzjoni mmexxi minn Pablo Casado qanqlet reazzjoni fil-pajjiż.  Il-partit konservattiv għadu jrid ifassal din il-proposta u qal li din is-sistema diġà qed tintuża f’Madrid permezz ta’ protokoll kontra l-abbandun tat-trabi.

Id-direttur ta’ fondazzjoni Spanjola għan-nisa Marisa Soleto tqis din il-proposta bħala abbużiva, filwaqt li avukat li jispeċjalizza fl-immigrazzjoni Vladimir Nunez qal li l-proposta ta’ Casado mhix konformi ma’ Artiklu 13 tal-Kostituzzjoni Spanjola li tagħti xi drittijiet lill-barranin li jgħixu fi Spanja.

Din il-proposta hija waħda fost bosta oħrajn li qed isiru mill-PP bħala parti mill-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali tat-28 ta’ April li ġej.  Il-partit konservattiv fl-Oppożizzjoni qed jorbot flimkien l-abort, l-immigrazzjoni u r-riżorsi ekonomiċi.

Il-kap ta’ dan il-partit konservattiv, Pablo Casado, kemm-il darba qal li jixtieq jara lil pajjiżu jdaħħal liġijiet restrittivi dwar l-abort li kienu għaddew fl-1985 iktar milli l-liġijiet li hemm bħalissa fi Spanja.

Fit-tmeninijiet, il-partit Soċjalista tal-Prim Ministru Felipe Gonzalez kien iddikriminalizza l-abort għajr f’każi biss ta’ stupru, riskji fuq saħħet il-mara u diformità fil-fetu.  Fl-2010, il-Prim Ministru Soċjalist ukoll Jose’ Luis Rodriguez Zapatero adotta liġi li tippermetti l-abort biss jekk issir talba fl-ewwel tliet xhur tat-tqala.

5 snin ilu sar attentat biex tiġi revokata din il-liġi mill-PP iżda l-isforzi li saru kienu għalxejn, tant li l-iktar persuna li tħabtet biex dan iseħħ, Alberto Ruiz-Gallardon tal-PP, irreżenja minn Ministru tal-Ġustizzja fl-2014.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar