Lokali
Il-Partit Soċjalista Ewropew ixxukkjat bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti dwar Egrant

Il-Partit Soċjalista Ewropew (PES) laqa’ l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali li saret dwar Egrant.  Fi stqarrija ntqal li mill-inkjesta sar magħruf li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-familja tiegħu qatt ma kellhom rabta ma’ ħasil ta’ flus jew korruzzjoni.

Fi stqarrija maħruġa mill-PES intqal li huwa nkwetanti u xxokkjati li l-esperti forensiċi barranin sabu li d-dokumenti ppreżentati li allegatament urew dawn ir-rabtiet kienu ffalsifikati b’firem foloz.

Il-President tal-PES Sergei Stanishev qal li dan huwa l-mod kif jiġu ndirizzati akkużi ta’ din ix-xorta bi proċess miftuħ u trasparenti b’rispett lejn is-saltna tad-dritt.  Żied jgħid li huwa kburi li l-Prim Ministru Malti nħeles mill-akkużi li saru fil-konfront tiegħu.  Stanishev qal li issa li ħareġ li huwa innoċenti, il-Gvern tiegħu jista’ jkompli jaħdem u jwettaq ir-riformi għall-benefiċċju tal-poplu Malti.

Fl-istqarrija il-PES qal li jinsab inkwetat li l-Partit Nazzjonalista li jifforma parti mill-Partit Popolari Ewropew rikeb fuq allegazzjonijiet foloz u pprova jmexxi l-pajjiż f’inkwiet politiku.

Il-PES stqarr li jemmen li l-partiti politiċi għandhom jiksbu l-fiduċja tal-votanti billi jipproponu miżuri konkreti li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini, iktar milli jibbażaw ruħhom fuq provi foloz.

Ara wkoll:

Juncker mhux sorpriż bl-eżitu tal-inkjesta dwar Egrant – ħerqan li jkompli jaħdem mal-PM Muscat

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar