Temp
Il-partiti politiċi jħassru l-attivitajiet minħabba l-maltemp

Il-partit politiċi ħassru l-attivitajiet tagħhom minħabba l-maltemp.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu jmur fil-każin tal-Partit Laburista fil-Pietà filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kellu jindirizza l-Kunsill Ġenerali fid-Dar Ċentrali.

Minflok il-Prim Ministru se jiġi intervistat fuq One Radio u l-Kap tal-Oppożizzjoni fuq NET FM.

Is-sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li kellha ssir illum se tiġi posposta għal darb’oħra.