Lokali
Il-passaport Malti jirbaħ il-premju prestiġjuż tal-aqwa dokument ta’ identità reġjonali tas-sena

Il-passaport Malti rebaħ il-premju prestiġjuż tal-aqwa dokument ta’ identità reġjonali tas-sena.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li Malta rebħet il-premju prestiġjuż tal-aqwa dokument ta’ identità reġjonali tas-sena għall-aqwa passaport ġdid. Is-Sur Muscat saħaq li dan il-premju jagħti lil pajjiżna ġieħ fl-avvanz li għamilna fit-teknoloġija u s-sigurtà fejn tidħol il-protezzjoni tal-identità tal-individwu.

Fi stqarrija, intqal li dan il-premju jirrikonoxxi l-ogħla livelli ta’ kisbiet fost il-passaporti globali u l-karti tal-identità ta’ Gvern, u ngħata lill-Aġenzija Identity Malta fl-aħħar edizzjoni tal-Konferenza High Security Printing EMEA li kienet organizzata minn Reconnaissance International fil-Portugall. Fost il-parteċipanti li attendew għal din il-konferenza kien hemm aktar minn 270 delegat minn 136 organiżazzjoni u 43 pajjiż differenti, fosthom Franza, il-Ġermanja, l-Ingilterra, l-Istati Uniti u l-Awtralja. Il-passport Malti jinkorpora fih teknoloġija avvanzata u karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda li jkomplu jsaħħu l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tad-dokument.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar