Sigurtà
Il-passaport Malti mal-aqwa 10 fid-dinja

Il-passaport Malti għamilha mal-ewwel għaxra fil-lista tal-aqwa passaporti madwar id-dinja.

Dan fil-lista bl-isem tal-Henley Passaport Index, li tkejjel l-iktar passaporti li jiftħu bibien madwar id-dinja. Fl-ewwel rapport tagħha għal dan id-diċenju il-ġdid, il-Ġappun ġie fuq nett tal-lista fejn intqal kif dan itik aċċess għal 191 pajjiż u reġjun madwar id-dinja.

Malta ġiet fid-disa’ post f’din il-lista, hekk kif il-passaport Malti jtik aċċess għal 183 pajjiż, b’viża toħroġ immedjatament mal-wasla tiegħek, jew bla bżonn ta’ viża. Passaporti b’saħħithom bħal ta’ Malta u li wkoll jinsabu fid-disa’ post huma tal-Awstralja, New Zealand, tar-Repubblika Ċeka, u tal-Kanada.

Fit-tieni post tal-lista wara l-Ġappun hemm il-passaport ta’ Singapore b’190 pajjiż, u tal-Korea t’Isfel u l-Ġermanja fit-tielet post b’189 pajjiż.

L-agħar passaporti li wieħed jista’ jkollu huma tal-Afganistan, tal-Iraq, tas-Sirja, tas-Somalja, tal-Pakistan, tal-Yemen, tal-Libja, tan-Nepal, tal-Korea ta’ Fuq u tas-Sudan. L-inqas fost dawn itik aċċess għal 26 pajjiż minn madwar id-dinja biss.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar