Tfal
Il-passaport ta’ Heritage Malta bi 31,000 żjara f’100 ġurnata

Il-passaport ta’ Heritage Malta li ġie varat mitt ġurnata ilu diġà ntuża f’wieħed u tletin elf żjara f’mużewijiet u siti storiċi. Il-passaport ta lill-istudenti ta’ etajiet tal-primarja u s-sekondarja dħul bla ħlas f’dawn il-postijiet, flimkien ma’ żewġ adulti li jakkumpanjawhom.

Min-Novembru ‘l hawn, mas-sebat elef student ġabru l-passaport ta’ Heritage Malta li bih studenti u żewġ adulti li jakkumpanjawhom jistgħu jżuru siti u attrazzjonjiet storiċi mingħajr ma jħallsu.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-katakombi ta’ San Pawl ir-Rabat, uffiċjali ta’ Heritage Malta qalu li fl-ewwel mitt jum minn mindu ġie varat, kien hemm wieħed u tletin elf persuna li żaru mużewijiet u siti b’dan il-passaport.

Ċifri ta’ Heritage Malta juru li l-iżjed attrazzjoni popolari kienet Għar Dalam, segwita mill-mużew tal-istorja naturali fl-Imdina.

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici, qal li dan juri l-ħeġġa tal-Maltin biex jitgħallmu iżjed dwar l-identità nazzjonali u japprezzaw il-patrimonju kulturali tal-gżejjjer.

”L-istudenti u l-persuni li akkumpanjawhom marru fis-siti ta’ Heritage Malta b’mod mifrux… u kien hemm ukoll studenti li daru s-siti kollha… jien infurmat li hemm studenti, li kull sit li għandha Heritage Malta dawn daruh mal-ġernituri u l-gwardjani tagħhom…. u din hi xi ħaġa pożittiva immens li tkompli timlina b’kurraġġ.”

Il-passaport kulturali jingħata lill-istudenti wara li b’card li ngħataw fl-iskola jkunu żaru s-siti jew mużewijiet. Il-passaport huwa stampat u iktar ma jżuru dawn is-siti aktar jingħataw opportunitajiet li jżuru postijiet li l-aċċess għalihom huwa limitat.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Kmieni dalgħodu seħħet ħabta frontali bejn mutur u trakk f’Ħal Qormi li ħalliet sewwieq ta’ mutur midrub. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħammieri fis-7.30am li fih kienu nvoluti sewwieq ta’ mutur…

Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Aktar