Turiżmu
L-2019 sena tajba għall-industrija tal-cruiseliners – l-aħħar tliet xhur raw tnaqqis

L-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet ma kienux mill-aħjar għall-industrija tal-cruise liners f’Malta għalkemm is-sena li għaddiet kienet waħda tajba.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru, il-passiġġieri li waslu Malta bil-vapur naqsu bit-12.7%. Dan ifisser li ġew Malta ftit aktar min 149,000 passiġġier, 24,000 anqas meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2018.

Mill-banda l-oħra, bejn Jannar u Diċembru das-settur kellu żieda ta’ 21% fil-passiġġieri meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-2019 kienet l-aqwa sena fl-aħħar tliet snin għaliex matulha ġew kważi 766,000 passiġġier – 133,000 aktar mill-2018.

L-NSO qal li fl-2019 daħlu Malta 359 vapur tal-passiġġieri, 49 vapur aktar mis-sena ta’ qabel.

Il-profil tal-passiġġieri juri li l-maġġoranza tagħhom huma nisa u ħafna minnhom kellhom aktar minn sittin sena. L-industrija tal-cruiseliners iġġib Malta l-iżjed turisti mill-Ġermanja, l-Italja, Ingliżi u Franċiżi filwaqt li l-maġġoranza tal-passiġġieri li ma kienux mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu l-aktar Amerikani.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar