Solidarjetà
Il-patata Maltija taf titma’ man-nofs miljun ruħ fl-Afrika

Malta se twieġeb għall-kriżi tal-ikel fl-Afrika bil-ħruġ ta’ sejħa urġenti għall-esportazzjoni ta’ 500 tunellata patata Maltija lejn in-Namibia li biha mistennija jiġu mgħejuna man-nofs miljun persuna.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li dan se jsir bħala intervent umanitarju bil-għan li tiġi ndirizzata l-kriżi tal-ikel li hemm f’dan il-pajjiż Afrikan riżultat tan-nuqqas ta’ xita u l-pandemija tal-COVID-19.

Il-patata li baqgħet ma’ wiċċ il-bdiewa ser tispiċċa tgħin lil poplu tan-Namibja – pajjiż fl-Afrika ta’ aktar minn żewġ miljun ruħ li għaddej minn nuqqas ta’ ikel minħabba xitwa xotta li kompliet għakset il-pajjiż flimkien mal-pandemija tal-COVID-19.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ħareġ sejħa għax-xiri ta’ 500 tunnellata patata biex sal-25 ta’ dan ix-xahar titlaq minn Malta fi xkejjer ta’ 25 kilo u titqassam mill-Gvern tan-Namibia. Eventwalment se jiġu mgħejjuna mal-500,000 persuna b’kilo ta’ patata kull wieħed tal-bdiewa Maltin.

Il-patata hija komuni tad-dieta tan-nies tan-Namibja u l-Ministeru qal li b’dan il-kontribut umanitarju, Malta se tkun qed tgħin poplu li għaddej mit-tbatija. F’Mejju, Malta ikkommettiet €400,000 bħala parti mir-rispons dinji għall-isfidi tal-COVID-19 waqt li l-Ministru Evarist Bartolo mexxa l-isforzi ta’ Malta għal intervent umanitarju internazzjonali biex jiġu ndirizzati kriżijiet relatati ma’ din il-pandemija.

Fix-xhur li għaddew, il-Ministeru ħadem mill-qrib ma’ diversi pajjiżi Afrikani billi pprovda appoġġ biex jiġu ndirizzati sfidi komuni relatati mal-COVID-19 permezz tal-inizjattiva ‘Solidarity Malta”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar