Lokali
Il-pazjenti muġugħa jistennew mediċina tal-marijuna imma …

Il-kwalità, il-prezz u l-effetti tal-mediċina magħmula mill-marijuna issa telgħu fuq l-aġenda tal-professjonisti mediċi u tal-pazjenti li jeħtieġu din il-mediċina biex itaffu l-uġigħ wara li tħabbar li l-kabinett approva li titressaq liġi biex titjib l-aċċessibiltà għal din il-mediċina f’Malta.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini l-Professur Anthony Serracino Inglott qal lil tvm.com.mt li l-iktar triq faċli biex din il-mediċina tiddaħħal f’Malta hi li jew issir f’Malta jew inkella li tiġi minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-approvazzjoni tal-kabinett għal-liġi li ttejjeb l-aċċess għal pazjenti ta’ mediċini magħmula mill-marijuana, hija l-ewwel pass biex din il-mediċina tkun tista’ tibda tingħata bir-riċetta mit-tobba tal-familja.

Ruth Debono li tirrapreżenta l-alleanza ta’ pazjenti li jsofru mill-Fibroymyalgia u l-ME, uriet sodisfazzjon għal din id-deċiżjoni li qalet ilhom jaħdmu għaliha tliet snin.

“Ilna naħdmu dwarha, imma issa rridu naraw l-availability u l-prezz li tkun available għall-pazjenti tagħna” stqarret Ruth Debono.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-mediċini l-Professur Anthony Serracino Inglott qal li jaqbel li tiżdied l-aċċessibiltà għal dawn il-mediċini li jttaffu l-uġigħ anke f’pazjenti b’mard terminali. Mistoqsi minn tvm.com.mt dwar x’inhu l-proċess biex dawn il-mediċini jaslu fl-ispiżjeriji, il-Professur Serracino Inglott qal li wara li tgħaddi l-liġi jrid jinbeda proċess biex janalizzaw il-mediċini.

“L-Awtorità tgħaġġlu l-proċess, skont kif ikun il-prodott, jekk ikun prodott Ewropew, jidħol taħt sistema li nsejħulha 126A, din tkun fast tracked, jekk ikun prodott taħt GMP, irridu naraw li dan ikun veru taħt GMP, jekk ikun taħt sorveljanza tan-Netherlands naċċettawha” qal Prof. Serracino Inglott.

Prof. Serracino Inglott qal li hawn mediċini ġejjin mill-marijuana li jittieħdu permezz tan-nifs, u li jekk jiġu mill-Olanda, se tkun faċli għall-Awtorità biex tapprovohom għax hija tip ta’ mediċina kkontrollata ħafna.

L-ispeċjalista fil-liġi dwar il-mediċina, il-Professur Pierre Mallia li qal li filwaqt li japprezza li din il-mediċina tista’ ttaffi l-uġigħ, wieħed irid ikun kawt milli juża din il-mediċina qabel ma jsiru l-istudji neċessarji. Qal li tabib tal-familja jrid ikun informat sew u anki jinforma lill-pazjenti tiegħu dwar l-effetti li din il-mediċina jista’ jkollha.

“Għalkemm ħafna nies jgħidu li l-extracts tal-marijuana ma jiġrilhom xejn, hemm 10% li huma ħafna, li jkunu ċertu side effects anki serji” qal Prof Mallia.

Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qalet li sa issa mhux magħruf meta din il-liġi se titressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar