Televiżjoni u Radju
Il-PBS jispjega għalfejn Ħadd Għalik tal-lum ma xxandarx

Il-PBS jiskuża ruħu mat-telespettaturi u jixtieq jinformahom bir-raġunijiet għalfejn l-edizzjoni skedata għal-lum tal-programm Ħadd Għalik ma xxandritx u minflokha intweriet ripetizzjoni ta’ edizzjoni oħra.

Fl-edizzjoni tal-lum il-parteċipanti kellhom ikunu erba’ dami u erba’ membri Parlamentari; l-Onor. Rosianne Cutajar, l-Onor. Clifton Grima, l-Onor. David Agius u l-Onor. Toni Bezzina.

Fi stqarrija l-PBS qal li fl-aħħar sigħat, l-Onor. Agius u l-Onor. Bezzina infurmaw lill-Produtturi (We Media) u lill-Kap tal-Programmi tal-PBS, li kienu qed jitolbu biex jirtiraw mill-programm li kien ġie rrekordjat nhar it-12 ta’ Novembru 2019.

Kontra dak li ġie mxandar f’midja oħra, il-PBS ma rċeviet fl-ebda ħin direttiva mill-Awtorità tax-Xandir jekk il-programm għandux jixxandar jew le, iżda direzzjoni sabiex toħroġ crawl li tindika li l-programm ilu maħdum ħames ġimgħat, f’każ li l-programm jixxandar skond kif skedat. Dan ukoll fil-parametri tal-liġi, li titlob li r-responsabbilta finali u d-diskrezzjoni ta’ x’kontenut jixxandar fuq stazzjon televiżiv hija biss ta’ dak l-istazzjon.

Wara dik il-komunikazzjoni kien hemm insistenza għat-talba ta’ rtirar min-naħa tal-parteċipanti.

PBS temmen li programm ta’ dan il-ġeneru bi ħsieb uniku li jagħti gost lill-udjenza u joffri spettaklu m’għandux ikun ċentru ta’ kontroversja, anzi għandu jżomm ferm ‘il bogħod mill-kontroversja. Għaldaqstant fin-nuqqas ta’ qbil minn uħud mill-parteċipanti u fid-dawl tan-nuqqas ta’ ħin sabiex jinstab kompromess, il-PBS ħasset li d-deċiżjoni għaqlija ta’ l-istazzjon nazzjonali b’responsabbiltà kellha tkun li l-edizzjoni tal-programm skedata għal lum tiġi sospiża.

PBS m’għandu l-ebda problema li jekk tinstab soluzzjoni lil hinn mill-kontroversja, ixandar din l-edizzjoni tal-programm.

L-MPs li pparteċipaw fil-programm kienu Rosianne Cutajar u Clifton Grima (PL) u Toni Bezzina u David Agius (PN)
Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar